Ir-Russja uffiċjalment tirreġistra vaċċin kontra l-COVID-19… It-tifla ta’ Putin ma’ tal-ewwel li teħodha

Il-President Russu Vladimir Putin ħabbar uffiċjalment li r-Russja għadha kemm irreġistrat vaċċin kontra l-COVID-19. Putin ħabbar dan waqt laqgħa virtwali li huwa kellu mal-kabinett tiegħu. Huwa ħabbar ukoll li waħda mit-tfal tiegħu ħadet din l-injezzjoni u minkejja li kellha temperatura ftit aktar għolja min-normal tinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. 

Minkejja pressjoni biex ikunu ppubblikati r-rapporti xjentifiċi, ir-Russja qed tibqa’ tinsisti li dan mgħandux isir.

Share With: