Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Real Madrid hija waħda allarmanti

Qed ikun hemm tħassib dejjem jikber f’Real Madrid minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja hekk kif il-club qed jikkonsidra tnaqqis serju dan is-sajf.

Kif spjegat f’rapport li deher fil-media Spanjola, is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja hija minħabba li r-ramifikazzjonijiet potenzjali tal-Covid-19 kompliet minħabba n- nuq­qas ta’ impenn ta’ żewġ sponsors primarji.

Fly Emirates u Adidas qalu li għarrfu lil Los Blancos li mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-ftehimiet finanzjarji attwali li għandhom mal-club.

Adidas impenjaw ruħhom li jħallsu lil Madrid €110m kull staġun għal 10 snin konsekuttivi, filwaqt li l-linja tal-ajru kellha ftehim ta’ €40 miljun fis-sena maċ-champions Spanjoli.

Dan kien imqabbad mal-proġett ta’ rinnovazzjoni tal-massa f’Santiago Bernabeu – mhux biex iżżid l-attendenza fl-istadium iżda l-potenzjal tal-istadium li jagħmel il-flus minn żoni oħra, bħal ċentru kummerċjali u lukanda.

Il-club kien wieħed mill-aktar milquta mill-pandemija minħabba l-perċentwali tad-dħul tagħhom magħmul mid-dħul tal-partiti u mit-tours tal-istadium u l-mu­żew, li ġew sfurzati jingħalqu għal xhur sħaħ.

Issa qed jingħad li l-Madrileni jinsabu taħt pressjoni biex jitneħħew blokki mill-kont tal-pagi tagħhom qabel ma jidħlu fl-istaġun li ġej u għandhom l-għan li jiġbru aktar fondi permezz tal-bejgħ tal-players.

Share With: