Isofri ġrieħi serji wara li jintlaqat minn karozza fin-Naxxar

Żebbuġi ta’ 60 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fin-Naxxar. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq tal-Labour.

Jirriżulta lill-Pulizija li r-raġel għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 206S li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena residenti r-Rabat.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjinijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: