Issofri ġrieħi gravi wara li tittajjar f’Ħaż-Żabbar

Mara ta’ 63 sena mill-Birgu sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħaż-Żabbar. l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-8.45 p.m.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-mara, u sussegwentement ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hija kienet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Share With: