It-telf minħabba l-għeluq tal-bjar taż-żejt fil-Libja jaqbeż is-$7.8 biljun

Il-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt fil-Libja ħabbret li t-telf minħabba li tilfet l-opportunitajiet ta’ bejgħ meta għalqu l-bjar jammonta għal 7.841 biljun dollaru. Dan minħabba l-200 ġurnata tal-attakki. 

Għalhekk, il-korporazzjoni qiegħda titlob li jieqaf l-għeluq sforzat tal-bjar ħalli l-imsieħba internazzjonali jkunu jistgħu jagħtu appoġġ akbar fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Coronavirus. 

Jingħad li kienu l-qawwiet ta’ Haftar li għalqu l-bjar u l-portijiet minn Jannar li għadda biex jagħmlu gwadann ekonomiku u politiku. 

Share With: