It-tiġdid ta’ Zlatan Ibrahimovic ma’ Milan huwa prijoritá

It-tiġdid tal-kuntratt ta’ Zlatan Ibrahimovic hi prijoritá assoluta għal AC Milan bl-aġent tiegħu Mino Raiola qed ikollu taħditiet kontinwi mad-diriġenti Rossoneri.

Fadal biss l-aħħar dettalji biex il-player veteran Svediż ikompli l-avventura tiegħu f’Milanello. Intqal li huwa jinsab ferm kuntent b’dak li għamel f’dawn l-aħħar xhur u kburi li wassal lil Milan sal-UEFA Europa League tal-istaġun li ġej. 

Ibrahimovic se jkun qed jiddiskuti wkoll dwar is-salarju li se jkun qed jirċievi bl-ogħla awtoritajiet tal-cub  żgur li mhux se jiksrulu qalbu meta qed jitqies bħala persuna influwenti fl-iżvilupp u l-progress tat-team.

Share With: