“It-Tlieta mietet parti kbira minn qalbi” – Daniela Pandolfino, oħt it-tabib Christian Pandolfino li nqatel kiesaħ u biered f’Tas-Sliema

Fl-ewwel kummenti minn meta nqatel kiesaħ u biered it-tabib Christian Pandolfino, flimkien mas-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski, oħt Pandolfino, Daniela Pandolfino, kitbet li “it-Tlieta li għadda mietet parti kbira minn qalbi.” 

“Ħijja kien jadurani sa mill-ewwel ftit minuti li twelidt… ftit issib aħwa li jħobbu lil oħthom bħalma kien iħobbni Chris.” Kompliet tgħid li fl-agħar mumenti, Chris ħa lilha u lil binha joqogħdu fid-dar ta’ Tas-Sliema. 

Daniela kitbet dwar kif Chris kien imur kontra n-normi soċjali u ma kienx iħobb jikkonforma mas-soċjetà. Kitbet ukoll dwar l-intelliġenza straordinarja li kellu Chris. 

“Strieħ fis-sliem Bambi, se nimmisjak tgħajjatli Celine,” ikkonkludiet il-messaġġ tagħha Daniela. 

Share With: