Jadon Sancho jrid il-ħin biex jagħżel it-team tal-futur

Żgur li isem Jadon Sancho se jkun wieħed popolari f’dawn il-jiem meta bħalissa għaddej is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.  Hekk kif deher viċin Manchester United, il-winger internazzjonali Ingliż ta’ 20 sena jista’ saħansitra jingħaqad mar-rivali Liverpool jew inkella Chelsea.

Il-player ta’ Borussia Dortmund ma jixtieqx jgħaġġel fl-għażla tiegħu u qed jittama li jieħu l-ħin kollu tiegħu biex jagħżel il-club addattat għalih.

Min-naħa tagħhom, Manchester United mhux se jħallu opportunitá bħal din taħarbilhom hekk kif il-coach, Ole Gunnar Solskjaer, għamel lil Sancho bħala prijoritá assoluta fl-iskema tattika tiegħu. Kien hawn li huwa ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu biex jagħmlu sforz żejjed u jġibu lil dan il-player lejn Old Trafford.

Share With: