Jadon Sancho viċin Manchester United?

Il-player internazzjonali Ingliż, Jadon Sancho, huwa ferm viċin li jiġi trasferit lil Manchester United fil-jiem li ġejjin. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn id-diriġenti tal-club tiegħu Borussia Dortmund u dawk tar-Red Devils biex jiġi definit dan it-trasferiment.

Hu fatt magħruf li t-team minn Manchester għamel lil dan il-player bħala l-objettiv ewlieni tiegħu u d-diriġenti qed jirsistu ferm biex jaslu għalih.

Sancho għandu 20 sena u rnexxa ferm fit-tliet staġuni li ilu mat-team li jilgħab f’Iduna Park meta skorja 20 goal u wettaq 20 assist f’44 dehra. Matul dan l-istaġun biss hu skorja 13-il goal u wettaq 19-il assist.

Il-coach Ole Gunnar Solskjaer qed jara lil Sancho bħala l-player ideali fuq il-linja leminija tal-ground.

Share With: