Jarmi t-tajers f’farm f’Wigan… isibhom quddiem il-bieb tad-dar tiegħu

Raġel f’Wigan li nqabad fuq filmat waqt li kien qed jarmi ammont ta’ tajers barra minn farm ingħata l-aħjar lezzjoni.  

Ċerta Megan Baldwin qasmet din l-istorja fuq il-midja soċjali dwar raġel li beda jarmi ammont ta’ tajers fil-farm ta’ missierha. 

Hi u missierha ddeċidew li jgħinuh billi rritornaw it-tajers kollha quddiem id-dar tiegħu. Barra hekk, Megan kellha xi tajers tagħhom wkoll li żidithomlu mal-kollezzjoni. 

Dan il-post mar viral fejn kien hemm eluf ta’ kummenti u 13,000 share. Ħafna mill-kummenti kienu ta’ tifħir għal Megan tal-isforz li għamlet din tat lezzjoni lil din il-persuna. 

Fl-Ingilterra hu illegali li tarmi b’dan il-mod u hemm multi sa £50,000. Barra hekk, tista’ titteħidlek id-dritt għal vettura u tista saħansitra teħel sentenza ta’ ħabs. 

Share With: