“Jason kisser partit” – Frank Portelli

Simon Mercieca jistaqsi jekk hux minnu li hemm inkjesta miftuħa dwar Jason Azzopardi

Illum, il-Partit Nazzjonalisat jinsab f’salib it-toroq. Il-Kunsilliera se jkunu qed jiddeċiedu jekk it-tesserati jikkonfermawx lill-Kap Adrian Delia jew hux se jmorru għal elezzjoni ta’ Kap ġdid. Fid-dawl ta’ dan, qegħdin jittellgħu numru ta’ stqarrijiet u mistoqsijiet minn nies li kienu jifformaw parti mill-PN u oħrajn li janalizzaw ix-xena politika f’Malta.

Fi stqarrija li għamel fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, fuq il-profil personali tiegħu, Frank Portelli, kiteb li “Jason kisser partit u affarijiet oħra.” F’din l-istqarrija huwa qiegħed jirreferi għal Jason Azzopardi, li fl-aħħar xhur kien voċiferu kontra Adrian Delia. F’messaġġi separati, Portelli kiteb kif “il-klikka kissret lill-Partit.” Intant, Simon Merieca, storiku u opinjonista politiku staqsa jekk hux minnu li bħalissa hemm inkjesta miftuħa fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.

Inewsmalta.com ipprova jagħmel kuntatt mad-Deputat Jason Azzopardi iżda dan ir-riżultat fin-negattiv.

Mistoqsija li qiegħed jistaqsi Simon Merieca fil-konfront ta’ Jason Azzopardi
Share With: