Jindarab wara li waqa’ minn fuq sellum fil-Belt

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata permezz ta’ telefonata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta, minħabba li kien hemm persuna feruta wara waqgħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel, li għandu 58 sena u residenti l-Belt Valletta stess, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed ineħħi pavaljun fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: