Jinqabdu tlett ifkieren li ddaħħlu Malta illegalment

Ilbieraħ waranofsinhar, waqt operazzjoni konġunta, ħaddiema mill-Awtorità tal-ispezzjonijiet flimkien mad-Dwana interċettaw vettura li kienet qed tittrasporta tliet frieken mingħajr ebda dokumenti. 

Sussegwentament il-fkieren ġew identifikati bħala Testudo hemanni, li kienu mportati b’mod illegali u għalhekk ittieħdu l-passi legali meħtieġa. 

Għaldaqstant kemm il-vettura kif ukoll il-fkieren ġew miżmuma. Sadanittant il-fkieren ittieħdu għand l-uffiċjali tal- Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sakemm isir l-istħarriġ meħtieġ filwaqt li l-vettura kkonċernata baqgħet taħt il-kustodja tad-dwana. 

Share With: