Jinżamm arrestat wara li tressaq mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq tfajla

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr. Brigitte Sultana, raġel Amerikan ta’ 51 sena, residenti Għajnsielem, Għawdex. 

Huwa ġie akkużat li nhar is-17 t’Awwissu, 2020, waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu, ikkawża ġrieħi gravi permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta fuq tfajla Rumena ta’ 26 sena. 

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill- arrest. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci. 

Share With: