Jirnexxielu jiġbed ritratt ta’ leopard sewda… Okkażjoni rari ħafna

Student tal-Inġinerija, li kien fuq btala mal-ġenituri tiegħu, żgur mhux se jinsa l-ewwel darba li mar safari tour. Dan għaliex matul it-tieni jum tas-safari ġewwa it-Tadoba National Park, irnexxielu jiġi wiċċ ‘imb wiċċ ma’ leopard sewda, b’ħafna jikkunsidraw din l-esperjenza rari ħafna.

Huma ħafna l-fotografi li lesti jqattgħu sigħat sħaħ u għexieren taż flus biex ukunu jistgħu jiġbdu ritratt ta’ leopard sewda. Ix-xorti daħqet lil dan l-istudent hekk kif kellu x-xorti li jqatta’ 40 minuta sħaħ josserva l-ġmiel ta’ din il-kreatura rari.

Share With: