Jirriżenja l-Gvern kollu tal-Lebanon wara l-isplużjoni li heżżet lil Bejrut

Il-Prim Ministru tal-Lebanon Hassan Diab flimkien mal-kumplament tal-Gvern ħabbru li se jkunu qed jirriżenjaw wara l-isplużjoni f’fabbrika li taħżen l-isplussivi, li heżżet il-kapitali ta’ Bejrut. L-isplużjoni ħalliet 160 persuna mejta u madwar 6,000 persuna oħra sfaw midrubin.

L-aħbar li l-Gvern kollu se jkun qed jirriżenja ħabbarha l-Ministru għas-Saħħa Hamad Hassan dan hekk kif numru ta’ protesti faqqgħu fil-Kapitali ta’ Bejrut, isejħu għall-bidla fit-tmexxija. Diab huwa mistenni li jindirizza lin-nazzjoni aktar tard illum.

Share With: