Jispiċċa maqful fuq cruiseliner “fantażma” kważi għal sena sħiħa minħabba l-COVID-19

“Għamilt xhur sħaħ fuq cruiseliners fil-passat imma għall-inqas kelli x-xogħol x’nagħmel”

F’Settembru li għadda, Jonny McNally, tela’ abbord il-cruiseliner Norwegian Jade, bħala Assistent Direttur. Il-cruiseliner kellu jsalpa biex jibda l-ewwel minn ħafna vjaġġi li kien se jagħmel dan is-sajf. McNally kellu jagħmel sitt xhur fuq il-bastiment, iżda b’xorti ħażina waqt li abbord il-cruiseliner, faqqgħet l-imxija COVID-19. Kważi sena wara, McNally, flimkien ma’ 170 membru tal-ekwipaġġ jinsabu maqbudin fuq il-cruiseliner “fantażma u baħħ.”

McNally f’kummenti li għadda lill-midja minn fuq l-istess cruiseliner qal li fil-passat fl-impjieg tiegħu kien qatta’ xhur sħaħ fuq cruiseliners, iżda “tal-anqas kelli x-xogħol x’nagħmel.” Preżentament fuq il-cruiseliner kollox jinsab wieqaf u mgħotti bil-lożor. 

Il-pjan kien li McNally jieqaf Dubai u jaqbad titjira lejn Manila fil-Filippini. Madanakollu, appena kien wasal iż-żmien biex jinżel minn fuq il-bastiment, Dubai għalaq l-ajruport u għalhekk kelli jibqa’ fuq il-cruiseliner.

Share With: