Jittellgħu l-poloz tal-Premier League Ingliż 2020/21

Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tal-Premier League Ingliż fejn iċ-champions Liverpool jibdew id-difiża tagħhom f’darhom kontra Leeds United li inċidentalment rebħu ċ-championshiop u għaldaqstant il-kampjonat se jiftaħ bejn iż-żewġ champions.

Iż-żewġ timijiet ta’ Manchester mhux se jilagħbu fi tmiem il-ġimgħa tat-12 ta’ Settembru imma se jilagħbu f’ġurnata oħra hekk kif ingħataw ġimgħa aktar ta’ mistrieħ minħabba l-impenji tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Il-fixtures tal-ewwel ġurnata huma:

Crystal Palace v Southampton (12 Sep)
Fulham v Arsenal (12 Sep)
Liverpool v Leeds United (12 Sep)
Tottenham Hotspur v Everton (12 Sep)
West Bromwich Albion v Leicester City (12 Sep)
West Ham United v Newcastle United (12 Sep)
Brighton v Chelsea (14 Sep)
Sheffield United v Wolves (14 Sep)
Burnley v Manchester United (data oħra)
Manchester City v Aston Villa (data oħra)
Share With: