Joel Pereira b’self ma’ Huddersfield

It-tielet goalkeeper ta’ Manchester United, Joel Pereira, se jkun qed jiġi mogħti b’self għas-sitt staġun konsekuttiv. Wara esperjenzi ma’ Rochdale, Belenenses, Vitoria de Setubal, Kontrijk u Hearts of Midlothian, issa l-goalkeeper ta’ 24 sena sejjer fil-John Smith Stadium ma’ Huddersfield. Dawn tal-aħħar se jilagħbu fiċ-Championship u qed ifittxu goalkeeper għall-istaġun li ġej.

B’hekk Pereira se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra mmexxija minn Danny Schofield għall-istaġun li ġej. Dan il-goalkeeper kellu ċ-ċans jilgħab darba mal-club proprju tiegħu u rari ngħata ċans biex jilgħab kemm taħt il-coach preċedenti, Jose Mourinho, kif ukoll taħt dak attwali Ole Gunnar Solskjaer. 

Share With: