Jose Callejon b’futur Ingliż?

L-avventura tal-winger internazzjonali Spanjol, Jose Maria Callejon, ma’ Napoli waslet kważi fi tmiemha. Dan il-player ta’ 33 sena naqas milli jilħaq ftehim mal-president tal-Partenopei, Aurelio de Laurentiis, u wara seba’ snin jilbes il-flokk ċelesti tal-club, hu ddeċieda li jibda avventura ġdida x’imkien ieħor.

Pront kienu attenti x’qed jiġri iż-żewġ clubs Spanjoli,  Real Betis u Sevilla, li diġá kkuntattjaw  lill-aġent tal-player biex jippruvaw jakkwistaw il-firma tiegħu.

Callejon lagħab 255 darba ma’ Napoli u skorja 64 goal. Magħhom huwa rebaħ darbtejn il-Coppa Italia u darba s-Super Cup.

Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Real Madrid u Espanyol.

Share With: