Josep Bartomeu jirriżenja minn president jekk Messi jibqa’ ma’ Barcelona

Il-president ta’ Barcelona, Josep Bartomeu, qal li huwa jirreżenja jekk Lionel Messi jaqbel li jibqa’ ma’ Barcelona.

Madankollu, qed jiġi rrapurtat li Bartomeu, li għandu 57 sena, ipprova jċempel lil Messi biex jippruvaw jirrangaw l-affarijiet ta’ bejniethom iżda ġie injorat mill-istilla Arġentina.

Din l-aħbar tasal wara li Messi nforma lill-club iktar kmieni matul din il-ġimgħa li huwa jixtieq iħalli lill-Katalani wara kważi 20 snin.

Bartomeu – li qed iservi l-aħħar terminu tal-presidenza tiegħu – jinsab taħt pressjoni kbira, bil-partitarji rrabjati ta’ Barcelona pprotestaw bl-aħrax rigward it-tmexxija tal-club.

Il-partitarji jridu lill-bord tal-club immexxi minn Bartomeu biex jirriżenja wara staġun diżappuntanti li ra żewġ coaches jitneħħew, jitilfu l-kampjonat għas-spejjeż tar-rivali Real Madrid b’distakk ta’ ħames punti u l-umiljazzjoni fit-telfa kbira ta’ 8-2 fil-kwarti-finali taċ-Champions League kontra Bayern Munich.

Share With: