Josep Bartomeu – Lionel Messi se jibqa’ ma’ Barcelona

Il-president ta’ Barcelona Josep Bartomeu xejjen kull spekulazzjoni li l-istilla tagħhom Lionel Messi jista’ jħalli lill-club. Dan tal-aħħar tkellem mal-istess president u wiegħed li se jkun parti mill-proġett ġdid tal-coach Ronald Koeman. 

Min-naħa tiegħu, Koeman qed juri fiduċja fil-kwalitajiet tekniċi ta’ Messi u qal li jridu parti mis-sistema tattika tiegħu.

Kien hemm għajdut li Messi kien qed jiddejjaq mal-Blaugrana wara li dejjem lagħab magħhom matul il-karriera tiegħu.

Din id-dikjarazzjoni ntlaqgħet tajjeb mill-partitarji akkaniti Katalani li fl-aħħar qed jaraw xaqq dawl ta’ tama wara t-telfa kbira ta’ 8-2 li sofrew kontra Bayern Munich fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League.

Share With: