Josip Ilicic mhux disponibbli għal Atalanta

Sar magħruf li l-attakkant internazzjonali Sloven, Josip Ilicic, mhux se jkun disponibbli għal Atalanta fil-logħba mill-fażi tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Paris St Germain minħabba problemi personali.

Dawn l-aħħar xhur kienu ferm koroh għall-player li spikka ferm ma’ La Dea meta skorja 21 goal f’34 partita uffiċjali.

Ilicic ħa l-perjodu tal-Covif-19 ferm bi kbir filwaqt li kien qed jirkupra minn uġigħ li kellu fl-għaksa.

Sadanittant Ilicic mar lura mal-familja fi Slovenja u b’ton ta’ diżappunt qal li ma jistax ikun preżenti għal-logħba tant importanti li Atalanta għandhom kontra PSG fil-UEFA Champions League.

Share With: