Juventus … champions iżda bi statistika mhux daqstant pożittiva

Statistika interessanti tgħid li minkejja li Juventus spiċċaw champions tas-Serie A għad-disa’ darba konsekuttiva, huma ftit għandhom x’jiftaħru f’dak li għandu x’jaqsam goals skorjati u oħrajn li sofrew.

Fil-fatt għall-ewwel darba f’16-il sena, team Taljan li rebaħ il-kampjonat Taljan naqas milli jkollu differenza ta’ goals superjuri mill-avversarji tagħhom. Fil-fatt il-Bianconeri ġabru 83 punt fil-klassifika ġenerali u skorjaw 76 goal filwaqt li qalgħu 43 goal. B’hekk huma spiċċaw bħala l-ħames l-aqwa attakk filwaqt li kellhom it-tielet l-aqwa difiża.

Għall-istatistika, kienu Atalanta li skorjaw l-aktar goals (98) filwaqt li Inter kellhom l-aqwa difiża (36 goal maqlugħa).

Share With: