Juventus wara Leandro Paredes

Juventus qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jakkwistaw lill-midfielder Arġentin ta’ 26 sena, Leandro Paredes, mingħand Paris St Germain. 

Il-coach ta’ Juventus, Andrea Pirlo, jara lil dan il-player bħala alternattiva tajba f’nofs il-ground. Paredes kien qed jilgħab b’mod regolari taħt il-gwida tal-coach Thomas Tuchel u huwa meqjus bħala player b’awtoritá kbira f’nofs il-ground.

Paredes ingħaqad mal-club mill-belt kapitali Franċiża fis-sena 2019 wara li aktar qabel kien jilgħab ma’ Zenit St Petersburg. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma’ Chievo Verona, Roma, Empoli u Boca Juniors.

Share With: