Kok Malti se jagħlaq in-negozju b’mod temporanju biex imur jgħin fil-Libanu

Kok Malti-Lebaniż iddeċieda li l-ġimgħa d-dieħla jagħlaq in-negozju tiegħu u jmur jgħin lil uħud mill-mijiet ta’ eluf ta’ Lebaniżi li l-isplużjoni tal-ġimgħa li għaddiet f’Bejrut ħallithom jgħixu f’ħerba. Bħala parti minn din l-inizjattiva fl-aħħar jiem, Hany Harb u ħames persuni oħra ġabru ‘l fuq minn €28,000 li se jgħadduhom lil Caritas u s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar fil-Libanu.

Id-Direttur tal-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Magħquda, David Beasley qal li l-filmati li qed jiċċirkolaw ma jistgħux jiddeskrivu l-ħerba fil-port tal-kapitali tal-Libanu li hu kruċjali għat-trasport tal-provvisti tal-ikel.

F’kummenti li ta waqt intervista lokali, Hany Harb li twieled il-Libanu ql li quddiem din il-kriżi ma setax jibqa’ ċass u ma jagħmel xejn. Harb li ilu f’pajjiżna għal madwar 30 sena qal li għandu dover lejn żewġ pajjiżi u li b’hekk ma setax jinjora s-sejħa tal-Libanu f’dan il-perjodu tant diffiċli.

Fil-Libanu, Hany Harb se jkun akkumpanjat minn ħames persuni oħra li volontarjament ħadu l-inizjattiva li l-ġimgħa d-dieħla jmorru jagħtu daqqa t’id

Share With: