L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Occupational Therapists titlob aktar sensittività dwar nies li għandhom bżonn servizzi ta’ saħħa mentali

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Occupational Therapists qalet li filwaqt li tifhem li minħabba l-COVID-19 kulħadd spiċċa f’sitwazzjoni bla preċedent, u allura kellu jsir ħafna tibdil, min-naħa l-oħra tħoss li l-fatt li l-out-patients psikjatrika u s-servizzi tas-psychiatric unit ġew magħluqin qiegħda stress qawwi għal dawk li għandhom bżonn is-servizz. 

Spjegat li bl-għeluq ta’ dawn is-servizzi, l-influss ta’ każi ġodda ġew diretti lejn it-timijiet fil-komunità li b’din iż-żieda hekk kbira, ma jistgħux jiggarantixxu l-istess kura multidixxiplinari li kienu jagħtu qabel. 

L-assoċjazzjoni qalet li s-servizz m’għandux ikun biss biex jiżgura li l-pazjenti ma jkunux ta’ ħsara għalihom infushom u għal oħrajn, iżda wieħed li jiżgura kwalità ta’ ħajja tajba u benesseri. 

Qalet li din is-sitwazzjoni qiegħda toħloq riskju li jkun hemm min jerġa’ jmur għall-agħar u konsegwenza t’hekk dawk li jagħtu l-għajnuna jispiċċaw aktar taħt pressjoni milli diġà qegħdin. 

Share With: