L-attur Antonio Banderas jittestja pożittiv għall-COVID-19

L-attur Spanjol Antonio Banderas, għadu kemm ittestja pożittiv għall-pandemija COVID-19, liema aħbar ħadha eżatt f’għeluq is-60 sena tiegħu. Minkejja din l-aħbar, Banderas fuq Twitter kiteb li jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u jinsab fi kwarantina mandatorja. Huwa qal li se jkun qed iqatta’ l-kwarantina jaqra, jikteb u jistrieħ.

Fil-messaġġ Banderas qal li hu fiduċjuż li se jkun qed jirbaħ l-battalja ppreżentata fil-forma tal-virus COVID-19.

Share With: