L-attur Chris Pratt jirrifjuta li jiġi Malta biex ikompli l-ġbid tal-film “Jurassic World: Dominion” – rapporti

Il-proċess tal-ġbid tal-film “Jurassic World: Dominion” f’pajjiżna se jara aktar dewmien, b’Daily Mail tirrapporta li l-attur prinċipali Chris Pratt huwa mħasseb dwar il-każi ta’ coronavirus u saħansitra jirrifjuta li jiġi f’pajjiżna għall-filming.

Id-Daily Mail tikkwota lil sorsi viċin il-ġbid tal-film jgħidu li Pratt, ta’ 41 sena, huwa mbeżża’ ħafna dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus u anke qed juri r-rieda li ma jkomplix bil-ġbid tal-film qabel ma s-sitwazzjoni tkun aktar sigura.

Jidher li fost ir-raġunijiet li wasslu lil Pratt jieħu din id-deċiżjoni kienu l-każi riċenti fost il-ħaddiema tat-tim tal-produzzjoni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Il-ġbid tal-film beda fi Frar li għadda f’Pinewood Studios f’Buckinghamshire, madankollu kellu jitwaqqaf ħesrem ġimagħtejn biss wara kaġun tal-pandemija dinjija.

Share With: