L-ikbar tewmin fir-Renju Unit jagħlqu 100 sena

L-ikbar tewmin identiċi fir-Renju Unit iċċelebraw għeluq sninhom, hekk kif għalqu 100 sena. Dorothy Sivyer u Kathleen Whitehead, qabel il-lockdown minħabba l-COVID-19 daħlu jgħixu flimkien fid-dar ta’ ommhom li trabbew u kibru flimkien. Meta mistoqsijin dwar is-sigriet tagħhom li wassalhom biex jgħixu 100 sena, huma qalu li kienu jibbilanċjaw iċ-ċikkulata u l-inbid mal-eżerċizzju u ikel tajjeb għas-saħħa.

Qalu li fi żmien tal-COVID-19 baqgħu pożittivi għax kienu flimkien jżommu kumpanija.

Share With: