L-Ingilterra mistennija tiftaħ il-logħbiet għall-partitarji

Sar magħruf li l-Ingilterra se tkun qed tiftaħ l-istadia għall-partitarji tat-timijiet għalkemm b’numru inqas milli suppost. Fil-fatt il-pjan hu li waqt il-logħba tal-Community Shield li se tintlagħab fid-29 ta’ Awwissu li ġej bejn iċ-champions Liverpool u r-rebbieħa tal-FA Cup, bejn Arsenal u Chelsea, jidħlu numru ridott ta’ spettaturi f’Wembley Stadium.

Minkejja kollox, il-Gvern Ingliż qed iħejji protokoll ċar għal min beħsiebu jidħol fil-ground sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtá ta’ dawk kollha involuti.

Sa minn wara l-waqfa sfurzata minħabba l-pandemija tal-Covid-19, kompla l-logħob mill-Kampjonat Premier Ingliż għalkemm ma kienx hemm aċċess għall-ispettaturi.

Liverpool iċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat bi ground vojt li kienet xena għal kollox stramba minn dik li mdorrijin naraw is-soltu.

Share With: