Lazio qed isegwu lil Vedat Muriqi

Lazio jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-attakkant mill-Kosovo, Vedat Muriqi. Huwa għandu 26 sena u bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ Fenerbahce. It-team mill-belt kapitali Taljana qed joffru s-somma ta’ €18-il miljun lil Fenerbahce biex jaslu għal dan il-player li skorja 17-il goal f’36 partita. Huwa mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Fil-karriera tiegħu, Muriqi lagħab ukoll ma’ Liria, Teuta Durres, Giresunspor, Genklerbirligi u Caykur Rizespor.

Huwa kien qed jilgħab mat-team nazzjonali Albaniż iżda wara li twaqqfet il-federazzjoni tal-football tal-Kosovo, dan mar jilgħab magħhom.

Share With: