Lazio u Simone Inzaghi jkomplu flimkien

Lazio jixtiequ jagħtu aktar saħħa finanzjarja lill-coach tagħhom, Simone Inzaghi, speċjalment għax l-intenzjoni tal-club hija li jżommuh għal iktar snin magħhom.

Fil-veritá ħadd m’għandu dubju li hu se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu għal mill-inqas tliet snin iżda r-rieda tal-president, Claudio Lotito, hija li jkun jirrappreżenta l-futur fit-tmexxija tat-team.

Min-naħa tiegħu Inzaghi mhux se jsib l-ebda oġġezzjoni sabiex jasal għal dan it-tiġdid għalkemm qed jistenna risposta rigward is-salarju tiegħu li se jkun qed jiżdied minn €1.8 miljun għal €3 miljun flimkien ma’ xi bonuses.

Inzaghi huwa kkunsidrat bħala senatur fil-club mill-belt kapitali Taljana fejn anke kien jilgħab magħhom fil-bidu tas-snin 2000.

Share With: