Leeds wara Rodrigo u Rafael Leao

Il-club promoss għall-Premier League Ingliż ta’ Leeds United qed iħares b’attenzjoni lejn il-progress ta’ żewġ attakkanti.

Dawn huma Rodrigo ta’ Valencia u Rafael Leao ta’ AC Milan. Valencia huma lesti li jbiegħu lil Rodrigo għal £30 miljun għalkemm ir-Rossoneri mhux beħsiebhom ibiegħu lil Leao li kien ferm tajjeb fl-ewwel staġun tiegħu f’Milanello.

Rodrigo ilu ma’ Valencia sa mis-sena 2015 fejn skorja 35 goal f’141 partita filwaqt li Leao ngħaqad ma’ Milan fil-bidu tal-istaġun li għadda fejn deher 31 darba u skorja sitt goals.

Share With: