Lionel Messi jfaħħar lil Iker Casillas

Wara li l-ex goalkeeper internazzjonali Spanjol, Iker Casillas, ħabbar li rtira mill-football, tkellem il-player internazzjonali Arġentin ta’ Barcelona Lionel Messi li fakkar bl-aktar mod sabiħ il-karriera tiegħu.

Messi qal li lagħab kemm-il darba kontra Casillas f’El Classico bejn Barcelona u Real Madrid u minn dejjem kien jammira l-professjonalitá tiegħu. Hu qal li se jħoss in-nuqqas tiegħu fil-ground minħabba li skond hu kien ikun ta’ privileġġ li jilgħab kontrih.  Messi tkellem fit-tielet persuna u rrefera għalih bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers li ra l-football modern.

Share With: