Liverpool wara Ismail Sarr

Iċ-champions il-ġodda Ingliżi, Liverpool, qed iħarsu b’interess lejn l-akkwist tal-winger internazzjonali mis-Senegal, Ismail Sarr. Huwa għandu 22 sena u jinsab fil-kotba ta’ Watford li għadhom kif ġew relegati fiċ-Championship. Huwa ġie akkwistat fil-bidu tal-istaġun li għadda mal-Hornets fejn lagħab 28 partita u skorja ħames goals.

Sarr lagħab ukoll 26 darba mat-team nazzjonali tas-Senegal u skorja ħames goals.

Kien il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp li ssuġġerixxa lil dan il-player li jilgħab ferm tajjeb mal-linja leminija  u jista’ jaqdi sew il-ħtiġijiet tattiċi tiegħu.

Fil-passat Sarr lagħab ukoll mat-timijiet Franċiżi ta’ Metz u Rennes.

Share With: