Lorenzo Insigne dubjuż għal kontra Barcelona

Napoli jistgħu jkunu mingħajr l-istilla tagħhom Lorenzo Insigne meta jilagħbu kontra Barcelona fit-tieni leg tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League.

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, il-club ikkonferma li l-captain tal-Partenopei qed isofri minn uġigħ f’koxxtu wara daqqa li sofra fl-aħħar konfront li huma lagħbu kontra Lazio u li rebħu bl-iskor ta’ 3-1. F’din il-logħba Insigne rnexxielu jiskorja goal minn penalty għalkemm kellu joħroġ aktar wara minħabba dan l-uġigħ.

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa Insigne wettaq xi testijiet mediċi bit-tobba tal-club  qed isegwu aktar mill-viċin il-kundizzjoni fiżika tiegħu.

Insigne kien wieħed mill-protagonisti ta’ Napoli matul dan l-istaġun meta skorja 12-il goal u wettaq tmien assists.

Share With: