Luis Alberto jġedded sas-sena 2025

Lazio għadhom kemm ftiehmu mal-player Spanjol ta’ nofs il-ground, Luis Alberto, sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu sa Ġunju 2025. 

Dan il-player ta’ 27 sena kellu staġun mill-aqwa mal-Biancocelesti meta skorja sitt goals filwaqt li pprovda xejn inqas minn 16-il assist f’35 logħba staġjonali. 

Luis Alberto se jkun qed jaqla’ €3 miljun fis-sena flimkien ma’ bonuses oħrajn.

Il-kuntratt tal-player internazzjonali Spanjol kien se jagħlaq f’Ġunju ta’ sentejn oħra iżda l-ogħla awtoritajiet tal-club mill-belt kapitali Taljana ħasbu sabiex iġeddu dan il-ftehim għax ma jixtiequx jitilfu s-servizzi tiegħu.

Share With: