“Malta rrifjutat immedjatament is-sejħa” … Aktar minn 200 immigrant ifittxu port sigur fl-ibħra territorjali Taljani

Aktar minn 200 immigrant abbord il-bastiment Sea-Watch 4 għadhom qegħdin ifittxu port sigur wara li ġimagħtejn ilu ħalla l-Port ta’ Buriana fi Spanja.

Skont rapporti fil midja Taljana fl-aħħar sigħat il-bastiment għamel talbiet biex jidħol kemm f’pajjiżna kif ukoll fl-Italja. Skont l-istess rapport, pajjiżna “Irrifjuta immedjatament din is-sejħa” u b’hekk issa jidher li l-bastiment li min-naħa tat-Taljani ma rċieva l-ebda risposta jinsb ibaħħar fl-ibħra Sqallin u jinsab ftit anqas minn16-il mil nawtiku lil hinn mill-fruntiera tal-ibħra territorjali Taljani.

Filwaqt li l-gvernatur ta’ Sqallija qed jibrova jżomm sod biex jiggarantixxi s-sigurtà sanitarja tar-reġjun tiegħu, bdew jiżdiedu l-protesti tal-NGO’s minn fuq il-baħar. Il-Kap Eżekuttiv tal-alleanza United4Rescue Michael Schwickart insista li li l-Unjoni Ewropea trid terfa’ r-responsabbilità u tħaddem il-mekkaniżmu biex tilqa’ l-immigranti f’port sigur. Miegħu żied isaħħaħ l-argument id-direttur tal-operazzjoni tal-immigranti fuq is-Sea-Watch 4 u qal li dawk salvati għandhom dritt u bżonn ta’ rifuġju sigur mill-aktar fis. 

Share With: