Malta tippubblika lista aġġornata ta’ pajjiżi fuq l-amber list

Mill-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2020, f’nofsillejl, bis-saħħa tal-artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-2020 dwar Ittestjar Mandatorju, ser tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fl-istess regolamenti. Kull persuna li tasal f’Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel għandha tissottometti ċertifikat li juri riżultat negattiv ta’ COVID-19 Polymerase Chain Reaction test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira. Passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Arjuport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.

Il-pajjiżi tal-lista riveduta huma;

Il-Bulgarija;

Ir-Rumanija;

Ir-Repubblika Ċeka

Spanja – Barcelona, Girona, Madrid;

It-Tuneżija.

Share With: