Malta tippubblika lista ta’ tliet pajjiżi fuq l-amber list

Minn nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu 2020, f’nofsillejl, se jidħol fis-seħħ avviż legali li jgħid li kull min jasal f’Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel irid jissottometti ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19 Polymerase Chain Reaction (PCR) test.

Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.

Il-pajjiżi huma l-Bulgarija, ir-Rumanija u Spanja (applikabbli għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellona, Girona u Madrid).

Il-passiġġieri kollha li ġejjin minn dawn id-destinazzjonijiet għandu jkollhom ċertifikat ta’ swab test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira.

Il-lista ta’ pajjiżi fuq din l-amber list se tkun aġġornata minn żmien għal żmien.

Share With: