MaltaPost immultata €10,159 għal twassil tard ta’ posta singulari

MaltaPost plc ġiet immultata €10,159 mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) għat-twassil tard ta’ posta singulari lokali.

It-twassil ta’ 95% tal-posta l-għada li jiġu impustati huwa rekwiżit għall-MaltaPost bħala l-fornitur ta’ servizz universali għal posta singulari jew posta ta’ volum li teċċedi l-50 ittra tal-istess format.

Għas-sena finanzjarja ta’ bejn Ottubru 2018 u Settembru 2019 it-twassil tal-posta għal volum ta’ posta kien ta’ 95.38%, filwaqt li dak għal posta singulari kien ta’ 93.21%.

Dawn ir-riżultati waslu minn reviżjonijiet indipendenti li kienu kkummissjonati minn MaltaPost hekk kif obbligat mir-regolatur.

Share With: