Man Utd interessati f’Federico Chiesa

Manchester United qed ilestu somma ta’ €55 miljun biex jakkwistaw lill-winger ta’ Fiorentina, Federico Chiesa. Huwa għandu 22 sena u stabilixxa ruħu sew f’dawn l-aħħar staġuni mal-Viola speċjalment matul dan l-istaġun fejn skorja 10 goals għalihom. 

Il-player internazzjonali Taljan kien qed jissemma’ wkoll li jista’ jingħaqad ma’ Inter u Juventus iżda s’issa ma kien hemm l-ebda żviluppi.

Dan kollu qed jiġri fl-isfond tad-dikjarazzjoni li ħalla s-sid ta’ Fiorentina Rocco Commisso li qal li ladarba l-club prospettiv joffri ammont tajjeb ta’ flus iħalli lil Chiesa jitlaq. Dan tal-aħħar mistenni jkun wieħed mill-players li se jqanqal ħafna interess matul dan is-suq tat-trasferimenti.

Share With: