Man Utd juru nteress f’Saul Niguez

Manchester United jinsabu ħerqana li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder ta’ Atletico Madrid, Saul Niguez. Huwa  għandu 25 sena u qed jinteressa mhux ftit lill-coach tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer, li jixtiequ jifforma parti mid-dipartiment ta’ nofs il-ground għall-istaġun li ġej.

Id-diriġenti tal-United lesti jagħtuh salarju ta’ £150,000 fil-ġimgħa biex jitlaq mill-Wanda Metropolitano Stadium u jmur jilgħab f’Old Trafford.

Jidher li Saul xejn ma kien kuntent mal-Colchoneros f’dawn l-aħħar ġimgħat u kien ferm frustrat wara l-eliminazzjoni xejn mistennija fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League kontra Leipzig.

Saul lagħab 194 partita ma’ Atletico Madrid u skorja 24 goal.

Share With: