Manchester United iridu lil N’Golo Kante

Manchester United qed jikkunsidraw il-possibbiltá li jakkwistaw lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Chelsea, N’Golo Kante. Huwa għandu 29 sena u lagħab 127 partita mat-team minn Londra filwaqt li skorja disa’ goals.

Matul dan l-istaġun Kante sabha diffiċli li jilgħab minħabba injury persistenti li kien qed ikollu.

Il-coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, jara sew lil Kante mal-midfielder offensiv Paul Pogba bit-tnejn kellhom l-opportunitá jilagħbu flimkien mat-team nazzjonali Franċiż b’mod partikolari meta spiċċaw champions tad-dinja fis-sena 2018. 

Fil-passat, Kante lagħab ukoll ma’ Boulogne, Caen u Leicester City.

Share With: