Manchester Utd għadhom jinsistu għal Jadon Sancho

Manchester United se jkunu qed jużaw l-istess metodu ta’ Bruno Fernandes biex jaslu għall-attakkant internazzjonali Ingliż Jadon Sancho. Dan tal-aħħar qed jissemma’ b’ċertu insistenza li se jkun qed jilgħab f’Old Trafford bil-coach Ole Gunnar Solskjaer iridu akkost ta’ kollox. 

Min-naħa tiegħu Fernandes kien ingħaqad mar-Red Devils fil-bidu ta’ din is-sena għas-somma ta’ £47 miljun mingħand Sporting Lisbon għalkemm huma kellhom iżidu £21 miljun oħra fi spejjeż oħra.

B’hekk id-diriġenti Ingliżi se jippruvaw jużaw dan il-metodu biex jippruvaw jikkonvinċu lill-club ta’ Sancho, Borussia Dortmund, għal dan it-trasferiment.

Sancho għandu 20 sena u ilu tliet snin jilgħab ma’ Borussia Dortmund fejn fihom hu skorja 30 goal f’81 partita. 

Share With: