Mara ssofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 86 sena residenti Raħal Ġdid, qiegħda tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi serji li sofriet f’inċident tat-traffiku.
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u għaxra (1910hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Tal-Borġ, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura ta’ tip Honda Jazz misjuqa minn Libjan ta’ 43 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom ghaddejjin.

Share With: