Marco Giampaolo jinħatar coach ta’ Torino

Permezz ta’ komunikat uffiċjali Torino ħabbru li ħatru lil Marco Giampaolo bħala l-coach tagħhom għall-istaġun li ġej. Il-coach ta’ 53 sena ffirma kuntratt ta’ sentejn u ilu ma jkun fit-tmun ta’ team tal-football sa minn Ottubru li għadda meta tkeċċa minn AC Milan. 

Giampaolo se jkun qed jieħu post Moreno Longo li wassal lit-team sas-16-il post tal-klassifika, ħames punti bogħod miż-żona l-ħamra.

Giampaolo għandu esperjenza vasta f’dak li għandu x’jaqsam tmexxija ta’ team meta kien fir-responsabbiltá ta’ Cagliari, Siena, Catania, Cesena, Brescia, Empoli u Sampdoria.

Share With: