Massimo Allegri minflok Thomas Tuchel?

Thomas Tuchel jista’ jispiċċa minn coach ta’ Paris St Germain biex minfloku jaħtru lil Massimiliano Allegri. Dan tal-aħħar ilu sena barra mix-xogħol tiegħu wara li spiċċa minn coach ta’ Juventus. Matul din is-sena sabbatika huwa rċieva diversi offerti iżda ħa d-deċiżjoni li jibda l-istaġun mill-bidu ma’ club partikolari.

Jidher li d-diriġenti Pariġini mhumiex kuntenti bil-logħob li qed juri t-team u jingħad li Tuchel jinsab taħt pressjoni kbira aktar u aktar jekk ma jaslux sal-finali tal-UEFA Champions League. Wara r-rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Atalanta jumejn ilu, Tuchel jittama li t-team tiegħu jibqa’ javvanza f’din il-kompetizzjoni u jipprova jirbaħha.

Dan mhux żmien daqshekk sabiħ għal Tuchel li kiser siequ waqt sessjoni ta’ taħriġ ftit tal-ġranet ilu.

PSG digá rebħu l-kampjonat, it-Tazza Franċiża, il-League Cup u s-Super Cup Franċiża matul l-istaġun li għadda … u issa qed jimmiraw għaċ-Cinquina.

Share With: