Maurizio Sarri jilmenta dwar il-kalendarju

Il-coach ta’ Juventus, Maurizio Sarri, ikkritika lil Lega Serie A dwar il-kalendarju ta’ logħob li kellhom f’dawn l-aħħar sitt ġimgħat minn meta reġa’ beda l-ogħla kampjonat Taljan. Huwa qal li l-partiti saru wisq f’daqqa u ftit kien hemm ċans ta’ preparazzjoni bejn konfront u ieħor.

Sarri sostna li diversi plejers qed ibatu minn xi uġigħ sforz tal-logħbiet kontinwi li saru. Huwa saħansitra żvela li qed jaħseb biex għall-aħħar konfront tas-Sibt mill-kampjonat Taljan jinkludi lit-team ta’ Taħt it-23 sena iktar u iktar meta ftit tal-jiem oħra se jaffronta lil Olympique Lyon fit-tieni leg tal-fażi tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

Sarri tkellem ukoll dwar il-midfielder offensiv Paulo Dybala li bħalissa għandu uġigħ ħafif u jittama li jkun tajjeb għal dan il-konfront importanti li se jintlagħab fis-7 ta’ Awwissu li ġej, fl-Allianz Stadium.

Share With: